Fil-kors preliminari tal-Ewwel Livell tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t- Teknoloġija, l-ilsien Malti jintgħallem biex l-istudenti:
- ikunu kapaċi jużawh biex jikkomunikaw u jirrelataw man-nies ta’ madwarhom;
- ikunu kapaċi jesprimu ħsushom, ħsibijiethom u xewqathom bil-fomm u bil-kitba;
- jagħrfu l-aħjar mod li bih jitgħallmu u jisfruttaw il-potenzjal tagħhom;
- jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa biex isiru persuni indipendenti, responsabbli u intraprenditorjali;
- jikkomunikaw fl-oqsma vokazzjonali tagħhom.