Fil-korsijiet preliminari tat-Tieni Livell tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-ilsien Malti jintgħallem għax:

  • ninqdew bih biex nikkomunikaw u nirrelataw man-nies ta’ madwarna;
  • nużawh biex b’mod kreattiv nesprimu ħsusna, ħsibijietna u xewqatna;
  • jintuża fl-oqsma vokazzjonali u għandu reġistru tekniku prattiku u funzjonali;
  • jiġbor fih l-identità lingwistika u kulturali ta’ ġensna.